Studenti mill-Iskola Sekondarja Għola Giovanni Curmi tan-Naxxar iżejnu għall-Milied fid-Dar tal-Providenza
Madwar sittin student mill-Iskola Sekondarja Għola Giovanni Curmi tan-Naxxar żammew l-appuntament annwali tagħhom mad-Dar tal-Providenza billi ġew iżejnu għal żmien il-Milied. Huma kienu akkumpanjati mill-għalliema tagħhom u minn Mons Alex Cordina, Direttur Spiritwali tal-iskola. L-istudenti mhux biss ġew jagħtu daqqa t’id biex joħolqu atmosfera tal-Milied għar-residenti imma wkoll għamlu donazzjoni qabel telqu lura lejn l-iskola.
Id-Direttur tad-Dar, Fr Martin Micallef, irrigrazzjahom mill-qalb f’isem ir-residenti għal dan il-ġest tagħhom ta’ solidarjetà.