Somma record ta’ €550,612 tinġabar waqt il-Maratona tal-Volleyball

Somma rekord ta’ €550,612 inġabret waqt il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza li nżammet fil-parkeġġ tad-Dar bejn il-Ġimgħa 3 u l-5 ta’ Lulju 2015.

Il-Maratona ġiet inawgurata mill-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca President ta’ Malta il-Ġimgħa fil-għaxija.

Aktar minn 300 voluntier taw is-sehem tagħhom f’din il-maratona li kienu jinkludu 40 parteċipant li daħlu għall-isfida ta’ 53 siegħa ta’ logħob kontinwu ta’ Volleyball.
Il-maratona ta’ din is-sena kienet ukoll tagħmel parti mill-attivitiajiet li qed torganizza d-Dar biex tfakkar il-50 anniversarju mit-twaqqif tagħha.

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar irringrazzja li dawk kollu li kienu involuti fis-suċċess ta’ din il-Maratona u mhux l-inqas lil-poplu Malti u Għawdxi li għal darba oħra wera kemm għandu għal qalbu id-Dar tal-Providenza. Hu qal li din il-maratona uriet biċ-ċar li l-ġenerożitá ta’ dik il-mara li tat l-ewwel mitt lira inbidlet f’ġenerożitá li tittieħed u li għada sa llum tgħin biex ir-residenti tad-Dar tal-Providenza jgawdu l-aqwa kwalita ta’ ħajja possibli f’ambjent li jirrispetta d-dinjita u d-drittijiet tagħhom.