emCare tappoġġja Id-Dar tal-Providenza b’soluzzjonijiet ta’ serħan il-moħħ u għajnuna

emCare pprovdiet Id-Dar tal-Providenza b’soluzzjonijiet ta’ serħan il-moħħ u għajnuna għal waħda mid-djar komunitarja tagħha fil-Qawra, Akkwarell. Bħall-bqija tad-diversi soluzzjonijiet tas-saħħa u għajnuna tal-emCare, il-prodotti huma maħsuba biex iserrħu moħħ ir-residenti, jipprevjenu l-aċċidenti, kif ukoll sabiex dawn ikunu jistgħu jgħixu ħajja iktar indipendenti fid-dar.

Akkwarell jgħixu fiha tliet persuni b’diżabbiltajiet fiżiċi li jgħixu fiha bl-appoġġ neċessarju, li issa ġie miżjud biex jinkludi l-emCare Hub u l-buttuni ta’ SOS għar-residenti. Grazzi għal dawn il-prodotti, ir-residenti ta’ Akkwarell issa jistgħu jċemplu għal għajnuna immedjata sempliċiment billi jagħfsu buttuna waħda. Il-prodotti ta’ SOS jistgħu jintlibsu bħala brazzuletta jew bħala pendent, u b’hekk huma faċilment aċċessibbli f’każ ta’ emerġenza.
Christine Borg, waħda mir-residenti ta’ Akkwarell, spjegat kif il-buttuna ta’ SOS reċentement għenet biex issalvalha ħajjitha, meta għafsitha biex iċċempel lill-carer fid-dar komunitarja, qabel ma ntilfet minn sensiha. Ir-residenta ttieħdet l-isptar minnufih fejn ingħatat il-kura medika li kien hemm bżonn.
Filwaqt li kien qed jitkellem dwar l-appoġġ tal-kumpanija lejn Id-Dar tal-Providenza, li qed tiċċelebra l-50 anniversarju tagħha, Roland Cachia, il-Maniġer Ġenerali tal-emCare, qal “Ninsabu kuntenti li qed niċċelebraw l-anniversarju tad-Dar tal-Providenza billi nagħtu l-appoġġ tagħna permezz tas-soluzzjonijiet tagħna ta’ serħan il-moħħ u għajnuna. Id-Dar tal-Providenza qed tagħmel xogħol eċċellenti sabiex tgħin lill-komunità Maltija u aħna naqsmu l-viżjoni tagħha biex ngħinu lin-nies iħossuhom indipendenti u responsabbli ta’ ħajjithom. L-isforzi, id-dedikazzjoni u t-twemmin tagħna huma mmirati lejn it-titjib ta’ ħajjet in-nies billi niżguraw l-indipendenza tagħhom, filwaqt li xorta jħossuhom li mhumiex waħedhom b’mod li jirrispetta d-dinjità tagħhom.”

“Minbarra dan, is-servizzi tagħna huma ta’ benefiċċju mhux biss għan-nies li jeħtieġu iktar għajnuna u serħan il-moħħ, imma għall-individwi kollha peress li aħna kollha b’xi mod jew ieħor aħna vulnerabbli fil-ħajja ta’ kuljum tagħna. emCare mhux biss toffri għajnuna immedjata imma tgħin isserraħ moħħ in-nies billi tħallihom ikunu jafu li qatt mhuma waħedhom,” żied jgħid Roland Cachia.
Fr Martin Micallef, id-Direttur ta’ Id-Dar ta-Providenza rringrazzja lil emCare għall-appoġġ tal-kumpanija fl-amministrazzjoni ta’ Akkwarell u biex tgħin lir-residenti tagħha jgħixu ħajja iktar indipendenti.

Tgħallem iktar dwar l-emCare u l-varjetà ta’ prodotti u servizzi tagħhom billi ċċempel fuq 2142 4949 jew iżżur il-paġna ta’ Facebook ta’ emCare: www.facebook.com/emcare360.