Id-Dar tal-Providenza u l-grotta tal-Madonna fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa

Il-pellegrinaġġ u quddiesa li jsiru kull sena fil-grotta tal-Madonna fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa din is-sena kellhom sinjifikat speċjali. Minbarra li din is-sena d-Dar tal-Providenza qed tfakkar il-ħamsin sena mit-twaqqif tagħha minn Mons. Mikiel Azzopardi, kien l-istess Dun Mikiel li fl-1981, sena ddedikata għall-persuni bi bżonnijiet speċjali, qaddes l-ewwel quddiesa f’din il-grotta.

Nhar il-Ġimgħa (8 ta’ Mejju), Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, ikkonċelebra quddiesa fil-grotta megħjun mill-patrijiet tal-parroċċa tat-Trinità Qaddisa. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, s-Sur Joseph Vella li jieħu ħsieb il-grotta, ippreżenta €1,700 lil Fr Martin.