L-Arċisqof Scicluna ma' Tessie residenta tad-Dar tal-Providenza

L-Arċisqof Scicluna u l-Arċisqof Emeritus Cremona jieklu mar-residenti tad-Dar tal-Providenza

F’Ħamis ix-Xirka, Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Arċisqof Emeritu Mons. Paul Cremona O.P. għażlu li jieklu mar-residenti tad-Dar tal-Providenza u l-Management tad-Dar.

Fr Martin Micallef ippreżenta lil Arċisqof Scicluna album tar-ritratti li jikkommemora l-ewwel żjara pastorali tiegħu fid-Dar tal-Providenza hekk kif kien nominat Arċisqof ta’ Malta mill-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku.

L-Arċisqof Scicluna ħa l-okkażjoni biex jirringrazzja lir-residenti, lill-Management, lill-ħaddiema u lill-voluntiera u wegħdhom il-barka u talb tiegħu.