Residenti tad-Dar tal-Providenza mistiedna għall-Ingress tal-Arċisqof Scicluna
Is-Sibt 21 ta’ Marzu 2015, ħames residenti tad-Dar tal-Providenza kienu mistiedna mill-E.T. Mons Charles J. Scicluna biex jattendu għall-ħatra tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta u għaċ-ċelebrazzjoni Liturġika tal-Ingress Solenni fil-Katidral tal-Imdina.
Wara d-diskors ta’ awguri minn Fr Gordon Refalo, il-President tal-Kulleġġ tal-Kappilani, tliet residenti u żewġ impjegati tad-Dar tal-Providenza kienu fost rappreżentanza magħżula li telgħu issellmulu f’isem il-poplu Malti.