Klabb tar-Rugby Svizzeru jagħti daqqa t’id fid-Dar tal-Providenza

Players ta’ klabb tar-Rugby mill-Isvizzera taw daqqa t’id fid-Dar tal-Providenza, fis-Siġġiewi billi għamlu jum ta’ xogħol ta’ tindif u żebgħa w anke sabu l-ħin isajjru.

Il-players huma tan-Nylon Rugby Club, li hu bbażat bejn Lausanne u Ġinevra. Huwa meqjus bħala l-akbar klabb tar-Rugby Union fejn jidħlu l-membri affiljati u t-tim tal-kbar kien runner-up fil-kampjonat lokali għall-istaġun 2013-2014.

Il-players kollha daħlu b’ruħhom u ġisimhom f’dan il-jum ta’ karità u kienu mpressjonati ħafna mix-xogħol kollu li jsir mill-ħaddiema u l-voluntiera tad-Dar tal-Providenza.