Il-parroċċa taż-Żurrieq tiġbor €10,464 għad-Dar tal-Providenza

Għal darb’oħra l-parroċċa taż-Żurrieq reġgħet għamlet l-akbar ġabra minn fost il-parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex għall-Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza. Fil-fatt il-ġabra kienet ta’ €10,464. Il-preżentazzjoni ta’ din il-ġabra saret mill-Arċipriet Dun Charles Attard li kien akkumpanjat minn membri żgħażagħ tal-komunità taż-Żurrieq, Carl Gauci, Mattia Scicluna, Jean Paul Zerafa u Tristan Scerri. Kull sena għadd ta’ parroċċi f’Malta w Għawdex jagħmlu ġabriet speċjali waqt il-quddies fil-knejjes tagħhom li jiġu ppreżentati waqt il-Festa ta’ Ġenerożità.