Mons. Arċisqof Pawl Cremona O.P. jiltaqa’ mal-komunità tas-Sorijiet tal-Karità fid-Dar tal-Providenza
Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. dan l-aħħar żar il-komunità tas-Sorijiet tal-Karità fid-Dar tal-Providenza bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fis-Siġġiewi.
Meta Mons Mikiel Azzopardi kien qed iħejji biex jiftaħ il-bibien ta’ Villa Mons Gonzi, l-ewwel dar għall-persuni b’diżabilità f’Malta, kien talab lis-Superjura Ġenerali tas-Sorijiet ta’ St Joan Antide Thouret f’Ruma biex tagħti l-permess tagħha biex il-Provinċja Maltija tiftaħ komunità fid-Dar tal-Providenza. Is-Superjura Ġenerali laqgħet it-talba tiegħu u fit-12 ta’ Jannar 1968, xahar qabel l-ewwel residenti ġew milqugħa f’Villa Mons Gonzi, komunità żgħira ta’ sorijiet ta St Joan Antide Thouret, magħrufa aħjar bħala s-Sorijiet tal-Karità, bdiet tgħammar fid-Dar fis-Siġġiewi. Minn dakinhar ‘l hawn, din il-komunità ħadet ħsieb ir-residenti b’dedikazzjoni u kura liema bħalha.
(Ritratt: Photo City)