Amministratur ġdid għad-Dar tal-Providenza
Is-Sinjura Nadine Camilleri Cassano inħatret l-Ammistrattriċi l-ġdida tad-Dar tal-Providenza.
Is-Sinjura Camilleri Cassano studjat fil-Università ta’ Malta fejn fl-1995 iggradwat BA (Hons) Accountancy. It-teżi tagħha kienet tittratta l-introduzzjoni ta’ liġi li tirregola organizzazzjonijiet karitatevoli u mhux governattivi. (Suggestion for the Introduction of a Law Regulating Charities and Non-Profit Making Organizations). Wara li lestiet l-istudji akkademiċi tagħha, ħadmet għal ħmistax-il sena ma’ kumpanija ta’ awdituri ewlenija kemm f’Malta kif ukoll barra. Is-Sinjura Camilleri Cassano hi wkoll Certified Public Accountant (CPA) u Fellow tal-Malta Institute of Accountants (FIA). Fl-2011 bdiet taħdem bħala accountant mad-Dar tal-Providenza. Is-Sinjura Camilleri Cassano hija miżżewġa lil Karl u għandhom żewġt itfal.