Għotja ta’ sodda speċjali għal Dar Żerniq fis-Siggiewi
Senior Staff Nurse fl-Isptar Mater Dei, is-Sur Charles Attard irnexxielu jiġbor flus biżżejjed biex tinxtara sodda speċjalizzata u tagħmir ieħor li swew madwar €1,500. Dawn ingħataw lid-Dar tal-Providenza biex jintużaw minn waħda mir-residenti li għandha f’Dar Żerniq fis-Siġġiewi, waħda mid-djar li għandha fil-komunità. Fid-29 ta’ Ġunju li għadda, s-Sur Attard u l-mara tiegħu Carmen, Support Worker f’Dar iż-Żerniq, ħadu sehem fl-IronmanFrance u IronGirl Triathlon, organizzati mill-World Triathlon Corporation (WIC) li saru f’Nizza fi Franza. Impjegati fid-Dipartiment tal-Anestesija, tat-Teatru tal-Operazzjonijiet u Health Care Workers oħra għamlu d-donazzjonijiet tagħhom biex ikun jista’ jinxtara dan l-apparat speċjali.