Festa għal Familja kollha fid-Dar tal-Providenza bejn l-4 u 6 ta’ Lulju
Il-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza ser jiġi trasformat f’żona ta’ divertiment għal familja kollha, meta bejn l-4 u s-6 ta’ Lulju ser issir il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza.
Fiona Cauchi, Danica Muscat, Kurt Cassar, Malcolm Pisani, Animae Choir, Chris u Moira, Enya Magri, Kurt Calleja, il-Greenfields, Michela Dalli, JAnvil, Tiziana Calleja’s Teens, il-kor ta’ Gillian Attard, Gaia Cauchi, Federica Falzon, Mary Rose Mallia, Freddie Portelli u Spiteri Lucas Band, huma fost dawk li matul it-tliet serati ta’ dan tmiem il-ġimgħa ser jkunu qed jipprovdu d-divertiment għal dawk li ser jkunu qed iżuru l-maratona.
Apparti il-kant, divertiment u spettakklu, ser jkun hemm ukoll numru ta’ stands ta’ ikel bi prezz raġjonevoli. Ser ikun hemm ukoll żona dedikata għat-tfal kif ukoll screens tat-television għal min jrid isewgwi il-logħob tal-futbol.
Il-maratona tibda nhar il-Ġimgħa fil-17.30 u ser tiġi inawgurata mill-Eċċ. President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca.