Is-Segretarju parlamentari s-Sur Chris Agius iżur il-provi tal-Maratona tal-Volleyball

It-taħriġ għall-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza issa daħal fil-fażi finali tiegħu. L-erbgħin plejer ħadu sehem f’sessjoni t’24 siegħa ta’ taħriġ li rathom involuti għal 24 siegħa ta’ logħob bla waqfien.

Matul din is-sessjoni ta’ taħriġ saret żjara lill- plejers u l-voluntiera mill-Onor. Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport.

Huwa faħħar id-dedikazzjoni u l-impenn tal-plejers u l-voluntiera b’risq dan il-għan.

L-Onor. Agius, appella lill- Maltin kollha biex jikkontribwixxu mill-qalb biex jinġabru l-fondi neċessarji għal din id-Dar.

Fr. Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar, irringrazzja lil Onor. Chris Agius kemm taż-żjara kif ukoll ta’ l- tal-appoġġ li dejjem ta’ ta lid-Dar.

Il-Maratona annwali ser tinżamm bejn l-4 u s-6 ta’ Lulju, fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.