Radd ta’ ħajr lill-Voluntiera tad-Dar tal-Providenza
Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Ġunju, Id-Dar tal-Providenza raddet ħajr lill-għadd kbir ta’ voluntiera li matulek ja sena jagħtu ħafna mill-ħin liberu tagħhom b’mod jew ieħor lir-residenti tad-Dar tagħna fis-Siġġiewi.
L-attivita’ bdiet b’quddiesa minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza li ta merħba u rringrazzja lill-voluntiera għas-solidarjeta’ tagħhom mar-residenti. Huwa laqgħa wkoll lis-Sur Tony Micallef u s-Sinjura tiegħu, Tony huwa d-Delegat tal-Arċisqof għall-Volontarjat. Mistednin oħra speċjali kienu Sur Jim Borg u s-Sinjura tieghu minn New South Wales fl-Awstralja. Jim huwa l-koordinatur tal-Friends of Providence House NSW Group li fl-Awstralja jieħdu ħsieb jiġbru flus għad-Dar tal-Providenza. Wara l-quddiesa, l-voluntiera kellhom ħin isiru jafu lil xulxin waqt Buffet Dinner li sar fil-Belvedere f’serata b’temp mill-isbaħ.