VJAĠĠ TA’ TAMA” GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ INTELLETTWALI

Delegazzjoni mill-Kuwaiti Sailing Expedition “VJAĠĠ TA’ TAMA” (Journey of Hope) żaret id-Dar tal-Providenza. Huma ttieħdu jaraw il-Kamra Multisensorjali, Iċ-Centru Agrikolu San Isidor u partijiet oħra tad-Dar fis-Siġġiewi. “Il-Vjaġġ ta’ Tama” huma esperjenza tal-għaġeb li jwassal messaġġ umanitarju u mill-qalb lill-persuni b’diżabilità intellettwali. Il-membri tad-delegazzjoni hawnhekk jidhru ma’ Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, u ppreżentawlu wkoll donazzjoni għad-Dar.