Is-Sur Edgar Preca, ir-raġel tal-President ta’ Malta iżur Id-Dar tal-Providenza

Is-Sur Edgar Preca, ir-raġel tal-President ta’ Malta, s-Sinjura Marie Louise Coleiro Preca żar id-Dar tal-Providenza fejn iltaqa’ ma’ għadd ta’ residenti, ħaddiema u voluntiera tad-Dar. Huwa ġie milqugħ u mdawwar mad-diversi sezzjonijiet tad-Dar minn Fr Martin Micallef, Direttur, Dr George Coleiro, Amministratur u s-Sinjura Margaret Vella, Fiżjoterapista tad-Dar tal-Providenza. Is-Sur Preca sab il-ħin iżur il-kappella, il-mużew Dun Mikiel Azzopardi, il-kmamar multisensorjali u l-gymnasium.