Jitilgħu il-Muntanja Everest b’risq Id-Dar tal-Providenza
Dr Gregory Attard, Douglas Barbaro Sant, Raphael Fenech Adami u Matthew Scerri se jitilgħu il-muntanja Everest bejn l-4 t’April u l-25 ta’ Mejju b’risq Id-Dar tal-Providenza. B’kollox huma se jkunu qed jixxabbtu għoli ta’ madwar 10,000 metru. Rotta li hija meqjusa bħala waħda mpenjattiva u li qatt ma saret qabel. Waqt żjara li għamlu lill-President ta’ Malta, Dr Abela qal li l-isfida tal-muntanja Everest tirrifletti bl-aħjar mod l-iskop tal-isfida tad-Dar tal-Providenza li dejjem għandha telgħa quddiemha minħabba l-isfidi li tiffaċċja ta’ kuljum.