Id-Dar tal-Providenza u FRANKS jingħaqdu f’isem L-IMĦABBA
Il-ħwienet tal-fwieħa FRANKS heġġew lil kulħadd biex iħarsu lejn il-festa ta’ San Valentinu bħala żmien li fih wieħed għandu aktar jagħti milli jirċievi. Permezz ta’ għadd ta’ ‘LOVE’ banners talbu lill-klijenti tagħhom biex jagħtu 50 ċenteżmu u jkunu jistgħui iwaħħlu fjura fuq il-banners li spiċċaw f’dehra tassew sabiħa fil-hwienet tagħhom kollha. Fil-ġimgħa ta’ qabel Jum San Valentinu nġabret is-somma ta’ €500, riżultat ta’ ideja li minbarra li kienet parti mit-tiżjin dekorattiv fil-ħwienet kienet ukoll mod kif wieħed jista’ jagħti ftit imħabba lura.