Tackle għad-Dar tal-Providenza

Nhar it-Tnejn 30 ta’ Diċembru se ssir Tackle għad-Dar tal-Providenza. Din se ssir fil-grawnd tal-Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara bil-kick-off minn Mons Arċisqof fl-4.30pm. Jieħdu sehem id-deputati mexxejja tal-Gvern u l-Oppozizzjoni, l-mexxejja taż-żewġ unions u anke grupp ta’ qassisin.

 

L-Arcisqof Pawlu Cremona OP se jagħmel il-kick-off tat-turnament tal-futboll Tackle for Id-Dar tal-Providenza, it-Tnejn 30 ta’ Diċembru fl-4.30pm fil-grawnd tal-kulleġġ San Alwiġi. B’kollox se jieħdu sehem tmien timijiet. Wieħed magħmul minn qassisin, ieħor minn Deputati Parlamentari mmexxijja mid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Dr Toni Abela u l-Mexxej tal-Partit Nazzjonalista Dr Simon Busuttil. Timijiet oħra se jkunu magħmula minn trejdunjonisti mill-GWU, UHM, CMTU u MHRA, ħaddiema ta’ Radju RTK u rappreżentanti tal-Assoċċjazzjoni tal-Iżviluppaturi. Ir-referee se jkun Charles Azzopardi – referee tal-FIFA.