Studenti jagħtu daqqa t’id fid-Dar tal-Providenza
Grupp ta’ studenti mill-Giovanni Curmi Higher Secondary School tan-Naxxar immexxija mill-għalliema tagħhom ġew jagħtu daqqa t’id fit-tiżjin tal-Milied ta’ numru ta’ swali fid-Dar tal-Providenza. Din hija ħidma li issa daħlet sew fil-kalendarju ta’ attivitajiet li jiġu organizzati kull sena fid-Dar tagħna fis-Siġġiewi.