Kunċert mill-Forzi Armati ta’ Malta
Id-Dar tal-Providenza bil-kollaborazzjoni ta’ RTK4Charity–Dar tal-Providenza u bil-korteżija tal-Fondazzjoni tal-Katidral tal-Imdina, se jtellgħu KUNĊERT mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta u bis-sehem tal-Coro Bel Canto u s-Sopran Rosabelle Bianchi.
Il-Kunċert se jittella’ fil-Katidral tal-Imdina, it-Tlieta 3 ta’ Diċembru 2013 fis-7.30pm taħt il-patroċinju distint tal-E.T. il-President ta’ Malta Dr George Abela, u l-E.T. l-Arċisqof Mons Pawlu Cremona.
Matul dan il-kunċert, il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, taħt id-direzzjoni tas-Surmast il-Kaptan John Ivan Borg, se ddoqq fost l-oħrajn il-kompozizzjoni ta’ Karl Jenkins: Adiemus; it-tone poem ta’ Jean Sibelius – Finlandia, u l-Overture mill-film klassiku: The Ten Commandments.
Id-Dar tal-Providenza, twaqqfet kwazi 50 sena minn Mons Mikiel Azzopardi u trid mat-tlett miljuni u nofs Ewro fis-sena.
L-inizzjattiva tal-RTK 4 Charity – Dar tal-Providenza biex il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta ttella’ kunċert huwa biex ikomplu jinġabru aktar fondi b’riżq l-istess Dar.
Matul il-kunċert se jkun qed jingħata wkoll il-Premju Monsinjur Mikiel Azzopardi. Dan il-premju jingħata kull sena mid-Dar tal-Providenza biex jirrikonoxxi l-kontribut ta’ persuni fil-qasam tal-persuni b’dizabbilita’ f’Malta u Għawdex jew inkella li jkunu b’xi mod appoġġaw il-ħidma tad-Dar tal-Providenza. Il-premju Monsinjur Mikiel Azzopardi tnieda għall-ewwel darba 18-il sena ilu, f’għeluq it-30 sena mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza.
Dħul għaIl-kunċert huwa bla ħlas u kulħadd mistieden jattendi.
Biljetti b’xejn jinkisbu billi wieħed iċempel fuq 99493923 jew jibgħat imejl fuq kuncert@dartalprovidenza.org