Kunċert tal-Forzi Armati ta’ Malta b’risq Id-Dar tal-Providenza
Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Persuni b’Diżabilità, il-Kunċert tal-Forzi Armati ta’ Malta b’risq Id-Dar tal-Providenza se jerġa’ jsir, wara waqfa ta’ sentejn minħabba l-pandemija COVID-19, nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Diċembru 2022 fis-7.30pm. Il-Kunċert Vokali u Strumentali se jsir fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl-Imdina u se jkun taħt il-patroċinju distint tal-E.T. Dr George Vella u l-E.T. Mons Arċisqof Charles J. Scicluna.
Il-Banda tal-Forżi Armati ta’ Malta se tkun taħt it-tmexxija tas-Surmast Kaptan Jonathan Borg.
Matul is-serata jitħabbar il-Premju Mons Mikiel Azzopardi għal din is-sena. Id-Dar tal-Providenza tagħti dan il-Premju kull sena b’għarfien u apprezzament tax-xogħol volontarju li jsir ma’ persuni b’diżabilità f’Malta w Għawdex.
Id-dħul għall-kunċert huwa b’xejn. Dawk li se jattendu huma ġentilment mitluba li jieħdu posthom sas-7.15pm.
This post is also available in: English