Prosit Krisstian u Ivan

Id-Dar tal-Providenza tawgura lil Krisstian Gregory u lil Ivan Mangion, residenti tad-Dar għas-suċċess li kisbu fil-għawn waqt l-iSpecial Olympics 2022 li nżammu f’Malta.  Krisstian rebaħ midalja tad-deheb filwaqt li Ivan rebaħ midalja tal-fidda.  Waqt l-iSpecial Olympics, 192 atleta Maltin rebħu midalja li minnhom 65 kienu deheb, 60 fidda u 67 bronż. Krisstian u Ivan kienu fost is-17-il persuna li rebħu midalja fl-għawm.

This post is also available in: English