Maskri tal-wiċċ magħmula mill-ħajjatin tad-Dar tal-Providenza

Il-Gvern Malti dan l-aħħar ġentilment ta lid-Dar tal-Providenza 9,000 maskra biex jintużaw mill-ħaddiema tad-Dar tal-Providenza waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Dawn il-maskri jridu jintremew wara li jkunu użati.

Minħabba l-eventwalità li dawn jiġu użati kollha, il-ħajjatin tad-Dar bdew ħidma biex huma stess jipproduċu maskri tal-wiċċ bid-drapp li wara l-użu tagħhom jistgħu jinħaslu u jerġgħu jintużaw.
Kull ħaddiem tad-Dar tal-Providenza se jkun qed jingħata erba’ maskri minn dawn.
Id-Dar tirringrazzja lil dawn il-ħaddiema għax-xogħol tagħhom fil-impenn biex inkomplu nipproteġu lir-residenti tad-djar tagħna minn dan il-virus.

This post is also available in: English